Skip to main content

Nixtiequ ninfurmawkhom li bhalissa ghaddejjin xi xoghlijiet fuq din il-website.

Niskuzaw ruhna bil-quddiem ghal kull inkonvenjenza. 

Termini tal-użu

Din il-paġna (flimkien mad-dokumenti li huma msemmija fiha) jipprovdulek it-termini u l-kundizzjonijiet li bihom tista' tagħmel użu minn dan is-sit, kemm bħala viżitatur kif ukoll bħala utent reġistrat. Jekk jogħġbok aqra dawn it-termini u l-kundizzjonijiet tal-użu qabel tibda tuża dan is-sit. Meta tuża dan is-sit, inti tkun qiegħed taċċetta u taqbel li żżomm ma' dawn it-termini u l-kundizzjonijiet tal-użu. Jekk ma taqbilx ma' dawn it-termini u kundizzjonijiet tal-użu, jekk jogħġbok tużax is-sit.

L-aċċess għas-sit

L-aċċess għas-sit huwa permess fuq bażi temporanja, u aħna nirriservaw id-dritt li nneħħu jew nirranġaw l-informazzjoni u/jew is-servizzi li nipprovdu fuq dan is-sit mingħajr avviż (ara aktar ’l isfel).

Aħna nużaw sforzi raġonevoli biex niżguraw li s-sit ikun disponibbli 24 siegħa u sebat ijiem fil-ġimgħa. Madanakollu, m'aħniex ser nkunu responsabbli, jekk għal xi raġuni, is-sit ma jkunx disponibbli fi kwalunkwe ħin jew perjodu.

Minn żmien għal żmien, jista' jkun li nirrestrinġu l-aċċess għal xi partijiet tas-sit, jew is-sit sħiħ, lill-utenti li jkunu rreġistraw.

Jekk tagħżel jew tiġi pprovdut b'kodiċi ta' idenfitikazzjoni tal-utent, password, jew kwalunkwe informazzjoni oħra bħala parti mill-proċeduri tas-sigurtà tagħna, jeħtieġ li tittratta din l-informazzjoni bħala kunfidenzjali, u m'għandekx tiżvelaha lil xi terzi persuni. Aħna għandna d-dritt li niddiżattivaw kwalunkwe kodiċi ta' identifikazzjoni jew password, kemm jekk magħżul minnek kif ukoll jekk allokat mingħandna, f'kull ħin, jekk fl-opinjoni tagħna, int ma żammejtx ma' kwalunkwe mill-proviżjonijiet ta' dawn it-termi u l-kundizzjonijiet tal-użu.

Meta tuża s-sit, int għandek iżomm lura milli tagħmel xi ħaġa li hija mniżżla taħt is-sezzjoni ‘Użu Projbit’ ta' dawn it-termini u l-kundizzjonijiet.

Inti responsabbli biex tagħmel l-arranġamenti kollha neċċessarji biex ikollok aċċess għas-sit. Inti wkoll responsabbli biex tiżgura li l-persuni kollha li jaċċessaw is-sit huma konxji ta' dawn it-termini u kundizzjonijiet, u li jżommu magħhom.

 

Użu ta' dan is-sit

Dawn it-termini u l-kundizzjonijiet jirregolaw l-aċċess għall-informazzjoni mtellgħa fuq is-sit u s-servizzi relatati f'notifiki partikulari tas-sit u l-kitba tal-kummenti u/jew l-użu tas-sit għal raġuni ta’ sottomissjoni tal-forom tal-applikazzjoni disponibbli fuq is-siti tal-ministeri, ta’ dipartimenti jew ta’ entitajiet oħra fi ħdan il-Gvern ta' Malta.

Notifiki u Kummenti Awtomatizzati:

Dan is-sit joffri s-servizz ta' notifika awtomatizzata fuq aġġornamenti ta' informazzjoni fis-sit. Il-funzjonalità tan-notifiki jippermettu l-utenti biex jintervjenu u jipparteċipaw f'diskussjonijiet relatati mal-informazzjoni mtellgħa.

Dan is-sit joffri l-possibiltà li wieħed jikkummenta, bil-għan li jkun hemm interazzjoni bejn l-utenti u s-sidien tas-sit. Dan kollu jagħti ċans lill-utenti sabiex jintervjenu u jipparteċipaw f'diskussjonijiet relatati mal-informazzjoni mtellgħa fuq is-sit. Aħna nirriżervaw id-dritt li nneħħu kummenti li:

  • fihom materjal abbużiv, oxxen, indiċenti jew offensiv, jew ħoloq għal materjal oxxen jew offensiv;
  • fihom kliem ħażin jew tipi oħra ta' profanità;
  • m'għandom x'jaqsmu xejn mas-suġġett ta' konverżazzjoni jew mhumiex relevanti ma' dak li jkun ġie imtella' ;
  • fihom kliem abbużiv lejn individwu involut f’kummenti preċedenti, organizzazzjonijiet oħra jew l-amministratur tal-paġna;
  • jikkostitwixxu fi spam jew jirreklamaw prodotti, ħlief għal avveniment, pubblikazzjoni jew xi ħaġa simili li għandha relevanza diretta mas-suġġett tad-diskussjoni. Informazzjoni dwar il-lokalizzazzjoni u l-qsim tal-għarfien u l-kompetenza huwa milqugħ, imma fi ħdan id-diskussjoni speċifika pprovduta;
  • huma mfassla biex jagħtu fastidju lill-amministratur tal-paġna u utenti oħra.

Aħna nirriżervaw id-dritt li nidiżattivaw l-funzjoni tal-kummenti fi kwalunkwe ħin mingħajr avviż.

IL-funzjoni tan-notifiki u l-kummenti awtomatizzati huma disponibbli għall-utenti li kisbu l-Identità Elettronika Maltija (e-ID). Għal iktar informazzjoni dwar l-e-ID, tista' żżur www.mygov.mt.

 

L-użu ta’ applikazzjonijiet tal-gvern fuq il-mowbajl

‘Applikazzjoni tal-Mowbajl’ tfisser applikazzjoni pprovduta mill-Gvern ta' Malta li tippermetti aċċess għas-servizzi tal-Gvern fuq l-applikazzjoni tal-mowbajl inkluż kwalunkwe software jew dokumentazzjoni ta' terżi li tista’ tintuża minn ħin għal ieħor.

Il-Gvern ta' Malta qiegħed jagħti lill-utent liċenzja li mhix esklussiva, mhix trasferibbli, nieqsa minn drittijiet u revokabbli biex tintuża l-applikazzjoni tal-mowbajl għall-użu personali tiegħek skont dawn it-termini u kundizzjonijiet, u soġġetti għal kwalunkwe regoli jew politiki applikabbli minn kwalunkwe fornitur jew operatur tal-appstore li tkun niżżilt l-applikazzjoni tal-mowbajl mis-sit tagħhom.

It-trademarks, drittijiet tal-awtur, drittijiet tad-database, u drittijiet tal-propjetà intelletwali oħra ta' kwalunkwe natura fl-applikazzjoni tal-mowbajl, flimkien mal-kodiċi tas-software huma l-propjetà diretta tagħna jew tal-liċenzjaturi tagħna. Aħna ma nkunux qed inbigħu l-applikazzjoni tal-mowbajl lilek. Aħna nibqgħu s-sidien tal-applikazzjoni tal-mowbajl f'kull ħin.

L-applikazzjoni tal-mowbajl bħalissa hija disponibbli għalik mingħajr ħlas. Inti tista' tagħmel użu mill-applikazzjoni tal-mowbajl sabiex tipprovdi s-servizzi tiegħek imma ma tistax terġa' tbigħ jew terġa' tqassam l-applikazzjoni tal-mowbajl għal profitt. Aħna nirriżervaw id-dritt li nemendaw jew nirtiraw l-applikazzjoni tal-mowbajl, jew inżommu ħlas għall-applikazzjoni tal-mowbajl jew is-servizz provdut lilek fi'kwalunkwe ħin u għal kwalunkwe raġuni.

Kwalunkwe data li tiġi awtorizzata mill-applikazzjoni tal-mowbajl għandha tkun soġġetta għat-termini u l-kundizzjonijiet speċifiċi li jirregolaw l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku.

Jekk inti m'intix il-pagatur tal-kont tal-apparat tal-mowbajl li qed jintuża biex taċċessa l-applikazzjoni tal-mowbajl, se jitqies li int irċevejt permess mill-pagatur tal-kont biex tuża l-applikazzjoni tal-mowbajl. Inti tirrikonoxxi, u tiżgura li l-pagatur tal-kont jirrikonoxxi, li t-termini tal-ftehim mal-fornitur tan-network tal-mowbajl ('Fornitur tal-Mowbajl') ikomplu japplikaw meta tuża l-applikazzjoni tal-mowbajl. B'riżultat ta' dan, il-pagatur tal-kont jista' jeħel ħlas mill-fornitur tal-mowbajl għal aċċess għas-servizzi għall-konnessjoni tan-network għat-tul tal-konnessjoni meta taċċessa l-applikazzjoni tal-mowbajl jew kwalunkwe spejjeż minn partijiet terzi li jistgħu jinħolqu. Inti taqbel, u tiżgura li l-pagatur tal-kont jaqbel, li l-pagatur tal-kont jaċċetta responsabiilità għal kwanlunkwe bdil bħal dan.

Kull (a) attentat biex tikkopja, tirriproduċi, tbiddel, timmodifika, tirriversja bl-inġinerija, iżżarma, tittrasferixxi, tbiddel jew tittraduċi l-applikazzjoni tal-mowbajl; jew (b) tikkrea xogħlijiet derivattivi tal-applikazzjoni tal-mowbajl ta' kwalunwe tip, huwa pprojbit.

Aħna ser nużaw l-isforzi raġonevoli kollha tagħna biex l-applikazzjoni tal-mowbajl tkun kompletament funzjonali a) fejn dan huwa teknikament fattibbli u b) fuq apparat (i) li huwa kkunsidrat mainstream; (ii) għandu sistema operattiva mainstream; (iii) għandu software stack ikkonfigurat kif meħtieġ mill-bejjiegħ oriġinali tal-apparat; (iv) għandu s-sistema operattiva b'software korrettiv bl-aħħar aġġornamenti.

Il-verżjoni tal-applikazzjoni tal-mowbajl tista' tiġi aġġornata minn żmien għal żmien biex iżżid sapport għal funzjonijiet u servizzi ġodda.

Aħna ma naċċettaw l-ebda responsabilità tkun xi tkun għan-nuqqas ta' disponibbiltà tal-applikazzjoni tal-mowbajl jew kwalunkwe diffikultà jew inabbiltà biex tniżżel jew taċċessa kontenut minħabba xi atti jew ommissjonijiet tal-appstore jew kwalunwke nuqqas ieħor fis-sistema tal-kommunikazzjoni li jista' jirriżulta fin-nuqqas ta' disponibiltà tal-applikazzjoni tal-mowbajl.

Inti tirrikonoxxi li l-applikazzjoni tal-mowbajl tista' tkun affetwata minn fatturi li huma barra mill-kontroll raġonevoli tagħna, inklużi, imma mhux limitati għan-networks tal-internet u l-mowbajl li għandhom impatt b'mod dirett fuq id-disponibbiltà tal-applikazzjoni tal-mowbajl u l-kwalità tal-esperjenza tal-utent.

Minn żmien għal żmien aġġornamenti fuq l-applikazzjoni tal-mowbajl jistgħu jinħarġu mill-appstore. Skont l-aġġornament, int jaf ma tkunx tista' tuża l-applikazzjoni tal-mowbajl sakemm tniżżel l-aħħar verżjoni tal-applikazzjoni tal-mowbajl u taċċetta kull terminu ġdid.

Aħna nistgħu nwaqqfu l-użu tal-applikazzjoni tal-mowbajl fi kwalunkwe ħin billi qabel nagħtuk avviż ta' tmiem. Mat-tmiem: (a) id-drittijiet u l-liċenzji mogħtija lilek hawnhekk għandhom jintemmu; (b) int għandek twaqqaf kull użu tal-applikazzjoni tal-mowbajl.

Mingħajr preġudizzju għat-termini l-oħra fuq il-limitazzjoni tar-responsabbiltà u ċ-ċaħda tal-garanziji stabbiliti hawnhekk, aħna m'aħniex responsabbli għal kwalunkwe dannu jew alterazzjoni għall-applikazzjoniarat tiegħek, inkluż, imma mhux limitat, għall-apparat tal-kompjuter, apparat li jinżamm fl-idejn jew mowbajls b'riżultat tal-installazzjoni jew l-użu tal-applikazzjoni tal-mowbajl.

Aħna m'aħniex responsabbli fl-avveniment ta' kwalunkwe malfunzjonijiet tekniċi li jiġru waqt l-użu tal-applikazzjoni tal-mowbajl li jirriżultaw mit-tniżżil ta' applikazzjonijiet oħra, kwalunkwe difett tekniku, użu ħażin tal-apparat tiegħek, ħajja tal-batterija, problemi ta' konnettività jew kwalunkwe fattur ieħor li jista' jinqala' u li huwa lil hinn mill-kontroll raġonevoli tagħna.

 

Użu Pprojbit

Inti tista' tuża s-sit biss għall-finijiet legali. Int ma tistax tagħmel użu mis-sit li:

  • Jikser kwalunkwe liġi jew regolazzjoni applikabbli;
  • Huwa illegali jew frawdolenti, jew li għandu skop jew effett illegali jew frawdolenti;
  • Jista' jikser id-drittijiet tagħna jew id-drittijiet tal-partijiet terzi;
  • Bih ttella', tittrażmetti jew ixxandar kwalunkwe informazzjoni fuq jew permezz tas-sit li huwa oxxen, defamatorju, jew li jagħmel il-ħsara b'kwalunkwe mod;
  • Bih tikseb jew tipprova tikseb aċċess mhux awtorizzat għas-sit;
  • Bih tiddel, tkerrah, jew tinterferixxi mas-sit bi kwalunkwe mod;
  • Bih konxjament tittrażmetti kwalunkwe data, tibgħat jew itella' kwalunkwe materjal li fih virus, Trojan Horses, worms, time-bombs, keystroke loggers, spyware, adware jew kwalunkwe programmi ta' dannu oħra jew kodiċi tal-kompjuter simili ddisinjati biex jaffetwaw ħażin l-operat ta' kwalunwe software jew hardware tal-kompjuter;
  • Bih takkwista aċċess mhux awtorizzat għal kwalunkwe porzjon jew karatteristika tas-servizzi, jew kwalunkwe sistemi jew networks oħra konnessi mas-servizzi ta' kwalunkwe server tal-Gvern ta' Malta, jew ma' kull servizz offrut fuq jew permezz tas-sit, permezz ta' hacking, password mining jew kwalunkwe mezz illeġittimu ieħor;
  • Bih tfittex, tiskennja jew tittestja l-vulnerabilità tas-sit, inklużi s-servizzi jew kwalunkwe network konness mas-sit, jew biex tikser l-miżura tas-sigurtà jew awtentikazzjoni fuq is-sit, inklużi s-servizzi jew kwalunkwe networks konessi mas-sit, inklużi s-servizzi;
  • Bih tagħmel reverse look-up, tintraċċa jew tfittex li tittraċċa s-sors ta' kwalunkwe informazzjoni jew kwalunkwe utent jew viżitatur ieħor tas-sit, jew kwalunkwe klijent ieħor tal-Gvern ta' Malta, inkluż kwalunkwe kont ta' servizz li mhuwiex tiegħek jew biex tisfrutta s-sit ta' kull servizz jew informazzjoni disponibbli jew offrut minn jew permezz tas-sit, b'kull mod fejn l-iskop huwa li tikxef kwalunkwe informazzjoni, inkluża imma mhux limitata, għall-identifikazzjoni personali jew ta’ informazzjoni, apparti l-informazzjoni tiegħek stess, li hija pprovduta mis-sit jew kull servizz provdut permezz tas-sit;
  • Bih ssawwar headers jew timmanipula b'mod ieħor identifikaturi sabiex taħbi l-oriġini ta' kwalunkwe messaġġ jew trażmissjoni li tibgħat lill-Gvern ta' Malta fuq jew permezz tas-sit, jew kwalunkwe servizz offrut fuq jew permezz tas-sit. Ma tistax tippretedni li int, jew li tirrapreżenta lil xi ħadd ieħor, jew tagħmila ta' kwalunkwe persuna jew entità oħra sakemm ma tkunx awtorizzat.

Aħna nirriżervaw id-dritt li niżvelaw l-informazzjoni personali tiegħek lil kull awtorità kompetenti tal-infurzar tal-liġi f'każ ta' ksur tal-paragrafu preċedenti.

Inti taqbel ukoll li:

  • Ma tirriproduċix, tidduplikax, tikkupjax jew terġa' tbiegħ kwalunkwe parti tas-sit bi ksur tal-proviżjonijiet ta' dawn it-termini u l-kundizzjonijiet.
  • Ma taċċessax mingħajr awtorità, tinterferixxi ma', tagħmel ħsara lil, jew tfixkel:

(i) kull parti tas-sit;

(ii) kull apparat jew network li fuqu hija maħżuna s-sit;

(iii) kull software użat fil-proviżjoni tas-sit; jew

(iv) kull apparat jew network jew software li huwa propjetà ta' jew użat minn kwalunkwe parti terza.

  • Ma tużax kwalunkwe 'page-scrape', 'robot', 'spider' jew apparat, programm, algoritmu, jew metodoloġiji awtomatiċi oħra, jew kwalunkwe proċess manwali simili jew ekwivalenti ieħor, biex taċċessa, takkwista, tikkopja jew timmonitorja kwalunkwe porzjoni tas-servizzi jew kwalunkwe kontenut provdut permezz ta' dan is-sit , jew b'kwalunkwe mod tirriproduċi jew taħrab l-istruttura navigazzjonali jew preżentazzjoni tas-servizzi jew kwalunkwe kontenut biex tiggwadanja jew tipprova tiggwadanja kwalunkwe materjal, dokumenti jew informazzjoni permezz ta' kwalunkwe mezzi li mhumiex disponibbli apposta permezz tas-sit . Aħna nirriżervaw id-dritt li nimpedixxu kwalunkwe attività ta' dan it-tip.
  • Ma tieħu l-ebda azzjoni li timponi tagħbija mhux raġonevoli jew disproporzjonata fuq l-infrastrutura tas-sit jew is-sistemi jew in-networks tal-Gvern ta' Malta, jew kwalunkwe sistemi jew networks konessi mas-sit.
  • Ma tuża l-ebda apparat, software jew rutina biex tinterferixxi jew tipprova tinterferixxi mal-funzjonament xieraq tas-sit, inklużi s-servizzi, jew kwalunkwe tranżazzjoni li qed titmexxa fuq is-sit ma' kwalunkwe persuna jew entità oħra li qed tuża s-sit, inklużi s-servizzi.

Ħoloq għal siti oħra

Fejn is-sit fih ħoloq għal siti oħra u riżorsi pprovduti minn partijiet terzi, dawn il-ħoloq huma pprovduti għall-informazzjoni tiegħek biss. Aħna m'għandniex kontroll fuq il-kontenut ta' dawn is-siti jew riżorsi, u ma naċċettaw l-ebda responsabiltà għalihom jew għal kwalunkwe telf jew dannu li jistgħu jinqalgħu mill-użu tiegħek tagħhom. 

Ħoloq għal dan is-sit

Inti tista' tillinkja mas-sit, sakemm inti tagħmel dan b'mod li huwa ġust u legali u li ma jagħmilx dannu lir-reputazzjoni tagħna jew jieħu vantaġġ minna, imma m'għandekx tistabilixxi rabta b'tali mod li tissuġġerixxi kwalunkwe forma ta' assoċjazzjoni, approvazzjoni jew endorsement min-naħa tagħna meta dan ma jeżistix. Aħna nirriżervaw id-dritt li nirtiraw il-permess għal rabta mingħajr avviż.

Is-sit m'għandhiex tkun inkwadrata fuq kwalunkwe sit ieħor.

Drittijiet ta' propjetà intelletwali

Aħna s-sid jew il-liċenzjatarju tad-drittijiet ta' propjetà intelletwali fis-sit, u fil-materjal ippubblikat fuqu. Dawn ix-xogħlijiet huma protetti mid-drittijiet tal-awtur u t-trattati ta' madwar id-dinja. Id-drittijiet kollha bħal dawn huma riżervati.

Inti tista' tipprintja kopji, u tista' tniżżel siltiet ta' kwalunkwe paġna/i mis-sit għar-referenza personali tiegħek u tista' tiġbed l-attenzjoni ta' nies oħra fl-organizazzjoni tiegħek għall-materjal imtella' fuq is-sit .

Inti m'għandekx timmodifika l-kopji fiżiċi jew diġitali ta' kwalunkwe materjal li inti printjajt jew niżżilt b'kull mod, u m'għandekx tuża kwalunkwe illustrazzjonijiet, ritratti, vidjos jew sekwenzi awditarji jew kwalunkwe grafiċi separati minn kwalunkwe test li jakkumpanjahom.

Jekk tipprintja, tikkopja jew tniżżel kwalunkwe parti tas-sit bi ksur ta' dawn it-termini u l-kundizzjonijiet tal-użu, id-dritt tiegħek li tuża s-sit jieqaf immedjatament u inti għandek, skont l-għażla tagħna, tirritorna jew tiddistruġġi kull kopja tal-materjal li tkun għamilt.

Dipendenza fuq l-informazzjoni mtellgħa

Kummentarju u materjali ieħor imtellgħa fuq is-sit m'humiex intiżi biex jagħtu pariri li għandha titqiegħed dipendenza fuqhom. Għalhekk, aħna niċħdu kull responsabilità li tirriżulta minn kwalunkwe dipendenza mqiegħda fuq dan il-materjal minn kull viżitatur tas-sit, jew minn kull persuna li tista' tiġi nfurmata fuq kwalunkwe mill-kontenut.

 

Bdil lis-sit

Aħna nimmiraw li naġġornaw is-sit b'mod regolari, u nistgħu nbiddlu l-kontenut fi kwalunkwe ħin. Jekk tinħoloq il-ħtieġa, aħna nistgħu nissospendu aċċess lis-sit, jew nagħlquha indefinittivament. Kull materjal fuq is-sit jista' jkun skadut fi kwalunkwe ħin partikolari, u m'aħna taħt l-ebda obbligazzjoni biex naġġornaw dan il-materjal.

 

Cookies

Il-cookie tas-sessjoni hija biċċa data li hija maħżuna fuq il-kompjuter tiegħek u li tiskadi ladarba tagħlaq il-browser tal-internet tiegħek. Is-sit juża l-cookies tas-sessjoni biex temporanjament jidentifika l-azzjonijiet tal-utent meta juża s-sit, inklużi s-servizzi. Il-cookie tas-sessjoni hija informazzjoni maħżuna fil-cache tal-browser tiegħek li hija disponibbli biss lis-sit għat-tul tal-ħin tas-sessjoni tiegħek meta taċċessa s-sit jew is-servizzi. L-ebda sit ieħor ma jista' jitlob din l-informazzjoni. Bili tuża dan is-sit jew is-servizzi, int qed tagħti l-kunsens tiegħek għall-ħażna tal-cookies fuq il-kompjuter personali tiegħek. Biex tiżgura li l-informazzjoni maħżuna fil-cookie tas-sessjoni titneħħa mill-cache fuq il-kompjuter personali tiegħek, huwa rakkomandat ħafna li tagħlaq il-browser tiegħek meta tieqaf tuża s-sit jew is-servizzi.

 

Sigurtà

Aħna m'aħniex responsabbli għal kwalunkwe telf jew dannu kkawżat minn attakk li jwaqqaf is-servizz imqassam, virus, jew materjal teknoloġiku ta' dannu ieħor li jista' jinfetta l-apparat tal-kompjuter tiegħek, programmi tal-kompjuter, data jew propjetà materjali oħra minħabba l-użu tiegħek tas-sit jew it-tniżżil ta' kwalunkwe materjal imtella' fuqha, jew kwalunkwe sit marbut magħha.

 

Limitazzjoni tar-Responsabbiltà

Il-materjal muri fuq is-sit huwa pprovdut mingħajr kwalunkwe garanziji jew kundizzjonijiet dwar l-eżattezzi tiegħu. Sal-limitu permess mil-liġi, aħna, kwalunkwe kontributur identifikat (inklużi entitajiet mill-Gvern ta' Malta) u partijiet terzi konnessi magħna jeskludu espressament:

  • Il-kundizzjonijiet, garanziji u termini oħra kollha li jistgħu b'mod ieħor ikunu implikati mil-liġi.
  • Kwalunkwe responsabilità għal kwalunkwe telf jew dannu dirett jew indirett konsegwenzjali imġarrab minn kwalunkwe utent b'konnessjoni mas-sit jew b'konnessjoni mal-użu, inabiltà tal-użu, jew riżultati tal-użu tas-sit, kwalunkwe siti illinkjati magħha u ma' kwalunkwe materjal imtella' fuqha, inkluż, mingħajr limitazzjoni, kwalunkwe responsabilità għal telf ta' dħul; telf ta’ negozju; telf ta' profitti jew kuntratti, telf ta' iffrankar antiċipat; telf ta' data; telf ta' rieda tajba; ħin tal-ġestjoni jew tal-uffiċċju mituf; jew kwalunkwe telf jew dannu ieħor ta' kwalunkwe tip, ġie minn fejn ġie, anke jekk ikkawżat minn tort (inkluża negliġenza), ksur tal-kuntratt jew xort' oħra, anka jekk prevedibbli.

Dan ma jaffetwax ir-responsabilità tagħna jew kwalunkwe responsabilità oħra li ma tistax tkun eskluża jew limitata taħt il-liġi applikabbli.

 

Ċaħda tal-Garanziji

Aħna ma nagħtuk l-ebda garanzija jew assigurazzjoni. Aħna niddikjaraw u inti tirrikonoxxi li kull garanziji u kundizzjonijiet implikati huma esklużi mil-limitu massimu permess mil-liġi. Inti għandek tinnota b'mod partikolari li:

  • Is-servizzi pprovduti minn dan is-sit mhumiex intiżi biex jikkonstitwixxu dikjarazzjoni tal-liġi definittiva jew kompleta fuq kwalunkwe suġġett.
  • Is-servizzi pprovduti permezz dan is-sit mhumiex intiżi biex jikkonstitwixxu parir legali fl-ebda sitwazzjoni speċifika.
  • Is-servizzi pprovduti permezz ta' dan is-sit jinkludu informazzjoni u riżorsi arkivjati, li jistgħu jkunu skoretti jew skaduti.
  • Is-servizzi pprovduti permezz ta' dan is-sit, u l-modi tagħna ta' kif inwassluhomlok, jistgħu jkunu inkompatibbli mal-konfigurazzjoni tas-software jew tal-kompjuter tiegħek.
  • Aħna nistgħu nbiddlu jew inneħħu parti jew il-biċċa kollha ta' kull servizz ipprovdut permezz ta' dan is-sit fid-diskrezzjoni tagħna.

 

Strateġija ta' Privatezza

Aħna impenjati li nipproteġu l-privatezza tal-viżitaturi u/jew l-utenti tagħna u m'għandniex niġbru ebda informazzjoni personali fuqek bħala viżitatur sakemm ma tipprovdihiex inti b'mod volontarju.

Skont l-Att tal-Protezzjoni tad-Data (2001) li daħal fis-seħħ fis-sħiħ fil-15 ta' Lulju 2003, aħna għandna l-obbligu legali li nirrispettaw u nipproteġu kwalunkwe informazzjoni personali li niġbru mingħandek. Aħna nieħdu l-garanziji kollha meħtieġa biex nipprevenu l-aċċess mhux awtorizzat, u d-dettalji miġbura minnek bħala viżitatur u/jew utent ma jiġux mgħoddija lil ebda terza persuna, sakemm inti ma tagħtix il-kunsens biex nagħmlu dan.

Bħala viżitatur, aħna niġbru tliet tipi ta' informazzjoni fuqek:

  1. a) Informazzjoni ta' kuntatt jew rispons;
  2. b) Informazzjoni mniżżla mill-paġna ;
  3. c) Informazzjoni fuq l-użu tas-sit.

Bħala utent, aħna niġbru informazzjoni personali fil-proċċess tas-sottomissjoni tal-formoli permezz tas-sit, indirizzati lill-Ministeru, dipartiment jew entità tal-Gvern ta' Malta skont il-każ.

Billi tuża s-sit, inti qed tati l-kunsens għal dan l-ipproċessar, inkluż it-trasferiment ta' informazzjoni personali lill-ministeri, dipartimenti jew entitajiet oħra relatati mal-Gvern ta' Malta, u tiggarantixxi li d-data kollha provduta minnek hija preċiża.

Jekk għandek xi mistoqsijiet relatati mal-informazzjoni personali fuqek, jekk hemm, miżmuma minna, jekk jogħġbok ikkuntatjana fuq l-indirizz tal-imejl ipprovdut taħt is-sezzjoni 'Il-Ħsibijiet Tiegħek'.

 Ġuriżdizzjoni u liġi applikabbli

Il-Qrati Maltin għandhom il-ġuriżdizzjoni esklussiva fuq kwalunkwe pretensjoni li tirriżulta minn, jew hija relatata ma', żjara lis-sit.

Dawn it-termini u l-kundizzjonijiet tal-użu u kwalunkwe tilwim jew pretensjoni li joħorġu minn, jew li għandhom konnessjoni magħhom, jew mas-suġġett, jew il-formazzjoni tagħhom (inklużi tilwim jew pretensjonijiet mhux kuntrattwali) huma ggvernati minn, u interpretati skont il-liġi ta' Malta.

Varjazzjonijiet

Aħna nistgħu nirrevedu dawk it-termini u l-kundizzjonijiet tal-użu f'kull ħin billi nemmendaw din il-paġna. Inti mistenni li tiċċekkja din il-paġna minn żmien għal żmien biex tieħu nota ta' kwalunkwe tibdil li nkunu għamilna, minħabba li jorbtu lilek. Xi wħud mill-proviżjonijiet li jinstabu f'dawn it-termini u l-kundizzjonijiet jistgħu jkunu wkoll sostitwiti minn proviżjonijiet jew avviżi ppublikati x'imkien ieħor fis-sit .

 Dikjarazzjoni ta' Aċċessibilità

Sar kull sforz biex niżguraw li dan is-sit jikkonferma r-rekwiżiti u r-rakkomandazzjonijiet ta' aċċessibiltà tar-rakkomadazzjonijiet ta' aċċessibiltà ta' W3C WAI biex niżguraw li s-sit jaqdi lill-individwi b'diżabiltajiet speċifiċi.

 Il-Ħsibijiet Tiegħek

Jekk għandek xi ħsibijiet fuq l-istqarrija ta' privatezza jew kwalunkwe materjal li jidher fuq is-sit, jekk jogħġbok ikkuntattjana billi tibgħat messaġġ fis-sezzjoni 'Ikkuntatjana' tas-sit.

Pagamenti

Dawn it-termini u kundizzjonijiet jirregolaw pagamenti li jsiru minnek permezz ta' dan is-sit elettroniku. Dawn it-termini u kundizzjonjiet ma jeskludux it-termini u kundizzjonijiet addizzjonali mposti mill-banek li joħorġu l-kards, jew ippublikati minna fuq is-sit elettroniku, il-portal tal-Gvern u l-Liġijiet ta' Malta:

  1. "Kard" tfisser HSBC Quikcash, Visa u Mastercard, BOV Cashlink, Visa u Mastercard, APS Premier, kif preżentament maqbul li jkunu pproċessati minn Issuing Bank għan-nom tal-Cardholder. "Cardholder" hu/hija dik il-persuna li għaliha nħarġet il-kard jew li hu/hija awtoriżżata li tuża l-kard. "Issuing Banks" tfisser dawk il-banek li laħqu ftehim mal-Gvern ta' Malta għall-użu tas-sit elettroniku sabiex isiru ħlasijiet. "Minna/Aħna/Tagħna" tfisser is-Servizz Publiku jew entita' tas-Settur Publiku, li lilu hu dovut il-ħlas. Il-pagament ikun għas-servizz mogħti mill-entita' jew għal xi taxxa dovuta lill-Gvern jew għal Kontribuzzjonijiet tas-Sigurta' Soċjali. "Minnek/Inti/Lejk" tfisser il-Cardholder.
  2. Dawn it-termini u kundizzjonijiet sussegwenti japplikaw għal kull pagament elettroniku permezz ta' kard (imsejjaħ Transazzjoni b'Kard Elettronika [KE]).
  3. Inti m'għandekx tagħmel Transazzjoni b'KE jekk inti taf, jew suppost għandek tkun taf wara li tieħu l-prekawzjonijiet neċessarji, mingħajr ma tippreġudika l-obbligazzjonijiet tiegħek magħna.
  4. Kemm jekk aħna naċċettaw transazzjoni b'KE kif ukoll jekk hemm xi pagament minnek jew hemm xi nuqqas min-naħa tagħna (għajr dawk li huma permessi u rinunzjati minna bil-miktub) m'għandhiex tikkostitwixxi jew titqies bħala konferma, qbil jew rinunzjar ta' dritt li inti tiggarantixxi u taqbel li d-dettalji kollha mogħtija huma, skontok, veri u kompluti.
  5. Il-pagamenti għandhom isiru mingħajr preġudizzju għal talbiet u drittijiet li aħna jista' jkollna lejk u ma jfissrux ammissjoni minna għall-qadi ta' drittijiet u obbligi magħmula minnek taħt dan il-ftehim u l-ammont pagabbli minnek.
  6. 6. Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe dritt jew obbligu statutorju li kwalunkwe parti jista' jkollha, aħna għandna d-dritt li, fi kwalunkwe ħin, nirriffjutaw parti minn pagament jew pagament sħiħ ta' transazzjoni b'KE fis-sitwazzjonijiet kif hawn taħt imsemmija:
    • meta t-transazzjoni b'KE hija għal kwalunkwe raġuni illegali jew ma tistax tiġi infurzata;
    • meta s-servizzi tas-sit mhumiex disponibbli;
    • meta kien hemm ksur minnek ta' dan il-ftehim, oltre mill-ksur iżjed speċifikament kif imniżżel fi Klawżola 6, relatata ma' din it-transazzjoni b'KE.
  7. Għal transazzjoni b'KE, Inti ser tingħata rendikont tat-transazzjoni b'KE (jew b'mezz elettroniku, posta normali jew xorta oħra li huwa aċettat minna) u dan ir-rendikont jinkludi: (a) deskrizzjoni tas-servizzi mogħtija jew tat-taxxa dovuta; (b) ismek u isimna; (c) l-ammont u l-munita użata.
  8. Ma nkunu taħt l-ebda obbligu lejk (kemm rigward telf ta' profitt jew telf iehor) għal kull xorta ta' sospensjoni, interruzzjoni, żbalji jew waqfien tas-sistemi tal-kompjuters tagħna li joffru jew jipproċessaw it-transazzjonijiet b'KE (jew xi parti minnhom). Madankollu, aħna nagħmlu l-almu tagħna sabiex nipprovdu xorta oħra ta' metodu ta' pagament flimkien mal-metodu tal-ħlas permezz tas-sit elettroniku mingħajr preġudizzju għat-termini u kundizzjonijiet li jirregolaw il-mod kif jiġi provdut dan is-servizz jew talbiet ta' ħlas ta' taxxa mill-Gvern.
    • Għajr għal dak li hu espressament maħsub għalih f'dan il-ftehim it-termini, kundizzjonijiet, garanziji, obbligazzjonijiet, mottivi jew rappreżentanzi kollha, espressi, implikati, statutorji jew xorta oħra (li jinkludu mingħajr limitazzjoni kull termini dwar il-kummerċjabilità jew kwalità sodisfaċenti jew addattar għal-kwalunkwe skop partikulari) huma esklużi.
  9. Inti tobbliga ruħek li tħallasna fuq talba tagħna rigward kwalunkwe azzjonijiet, talbiet ta' ħlasijiet, spejjeż, danni, talbiet, spejjeż u ħlasijiet, telf u obbligi, sofferti jew mressqa minna direttament minn jew f'konnessjoni ma' nuqqas minnek biex tissodisfa il-provvedimenti ta' dan il-ftehim.
  10. Iż-żewġ partijiet espressament jeskludu l-obbligi għal-telf jew danni ta' natura konsegwenzjali li jistgħu jirriżultaw b'konnessjoni ma' dan il-ftehim, jew għal telf ta' profitt, kummerċ, dħul, avvjament, tfaddil antiċipat jew xorta oħra.
  11. Inti tagħraf u taqbel li inti ma dħaltx f'dan il-ftehim billi qgħadt fuq rappreżentanza oħra jew garanzija (kemm bil-kitba jew orali u kemm espressa jew implikata) magħmula minna jew għan-nom tagħna għajr dak li hu diġa stipulat hawnhekk.
  12. In-nuqqas li ninfurzaw fi kwalunkwe ħin jew għal kwalunkwe perjodu xi termini jew kundizzjonijiet jew partijiet minnhom, ma jfissirx li dawn it-termini u l-kundizzjonijiet m'għadhomx japplikaw, u ma jeskludux il-possibilità li jiġu nfurzati t-termini u kundizzjonijiet kollha ta' dan il-ftehim f'ħin ieħor.
  13. F'każ ta' kunflitt bejn il-verżjoni Ingliża u l-verżjoni Maltija ta' dawn it-termini u l-kundizzjonijiet, il-verżjoni Ingliża għandha tingħata preċedenza.

Rifużjonijiet

Hawn taħt jirreferi f’każ li klijent jitlob kwalunkwe tranżazzjoni eREG li mhix approvata mill-Awtorità għat-Trasport f’Malta - Transport Malta.

  1. Meta l-klijent jissottometti id-dettalji tal-karta ta' kreditu tiegħu/tagħha permezz tal-Goverment Payment Gateway, il-fondi jigu mizmuma mil-bank għall-perjodu ta' sebat ijiem.
  2. Ladarba l-Awtorità tapprova t-tranżazzjoni rispettiva matul il-perjodu ta' sebat ijiem, il-fondi jitnaqqsu awtomatikament mill-kont bankarju tal-klijent.
  3. Fil-każ li tranżazzjoni ma’ tkunx approvata mill-Awtorità tat-Trasport, kwalunkwe fondi imblukkati relatati ma' dik it-tranżazzjoni rispettiva, jiġu rrilaxxati fil-kont bankarju tal-klijent wara li jghaddu sebat ijiem (inklużi tmiem il-ġimgħa u vaganzi pubbliċi) minn meta t-tranżazzjoni kienet oriġinat.

 

Grazzi talli żort is-sit tagħna.