Skip to main content

Nixtiequ ninfurmawkhom li bhalissa ghaddejjin xi xoghlijiet fuq din il-website.

Niskuzaw ruhna bil-quddiem ghal kull inkonvenjenza. 

Dikjarazzjoni ta' aċċessibilità

 

Transport Malta hija kommessa li tagħmel is-sit tar-Reġistrazzjoni tal-Vetturi aċċessibbli, fi qbil mad-Direttiva dwar l-aċċessibilità tas-siti elettroniċi u tal-applikazzjonijiet mobbli tal-korpi tas-settur pubbliku (UE) 2016/2102 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

Aħna qegħdin kontinwament intejbu l-esperjenza għal kulħadd, u qed napplikaw l-istandars ta' aċċessibilità relevanti.

Din id-dikjarazzjoni ta' aċċessibilità tapplika għas-sit ereg.gov.mt

Status ta' konformità

Dan is-sit huwa parzjalment konformi mal-EN 301 549 skont id-direttiva (UE) 2016/2102 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tas-26 ta' Ottubru, 2016, dwar l-aċċessibilità tas-siti elettroniċi u tal-applikazzjonijiet mobbli tal-korpi tas-settur pubbliku, magħrufa wkoll bħala d-Direttiva għall-Aċċessibilità tas-Siti.

Miżuri u proċess ta' konformità

Is-sit tar-Reġistrazzjoni tal-Vetturi huwa ddisinjat biex ikun kompatibbli mal-aħħar verżjonijiet ta' Google Chrome, Internet Explorer u Mozilla Firefox. Browsers li m'għandhomx JavaScript jistgħu jesperjenzaw diffikultajiet meta jużaw dan is-sit.

Transport Malta rrevediet il-kontenut tas-sit tagħha, u barra minn hekk, tipprova ssegwi l-aħjar prattiċi skont disinji li jiffaċilitaw in-navigazzjoni tas-sit. L-Awtorità taħdem biex iżżomm u ttejjeb dawn l-oqsma ta' konformità:

  1. Naħsbu għall-bżonnijiet partikolari ta' utenti li jużaw teknoloġija assistiva billi nużaw kliem alternattiv u elementi deskrittivi.
  2. Noffru l- possibbiltà li l-utenti tas-sit jaqilbu l-kontunet bejn l-Malti u l-Ingliż.
  3. Nużaw livelli ta' kuntrast fil-kuluri tat-test fejn hu possibbli.
  4. Nużaw format konsistenti fis-sit, inkluż il-fonts, is-sidebars u t-tabs.
  5. Norganizzaw kontenut f'listi biex niffaċilitaw in-navigazzjoni tas-sit għal dawk l-elementi pertinenti għal sezzjonijiet speċifiċi tas-sub kategoriji tas-sit.
  6. Nagħmlu użu minn kepxins u titli biex niddeskrivu r-ritratti fuq is-sit.
  7. Nippreżentaw dokumentazzjoni bis-stil ta’ ‘wiki page’ lill-utenti tas-sit sabiex jingħataw spjegazzjoni rigward navigazzjoni tal-paġni fis-sit u l-utilità tagħhom.

Kontenut inaċċessibbli

Ninfurmawk li s-sit bħalissa għandu xi elementi li għandhom livelli iktar baxxi ta' kuntrast minn dawk speċifikati fil-linji gwida WCAG AA. L-Awtorità qiegħda twettaq bidliet kontinwi lis-sit biex ittejjeb l-istatus ta' konformità mal-istandards imsemmija, li fost l-oħrajn jinkludu l-użu ta' livelli ta' kuntrast aktar aċċessibbli biex insegwu l-iskemi tal-kulur tal-WCAG u tal-Gvern simultanjament.

Wieħed għandu jinnota li hemm xi elementi fil-kontenut ta’ dan is-sit li huma konformi mal-linji gwida WCAG AA iżda jistgħu jiġu mmarkati xorta waħda minn sistemi li jevalwaw l-aċċessibilita ta’ siti elettroniċi. Iktar informazzjoni hija disponibbli fuq is-sit https://docs.telerik.com/kendo-ui/accessibility/section-508-wcag. Jekk tiltaqa' ma' nuqqas ta' aċċess waqt li tkun qed tuża s-sit, nitolbuk biex tagħmel użu mid-dettalji ta' kuntatt ipprovduti aktar 'l isfel biex tinfurmana b'xi problemi jew nuqqas ta' aċċessibilità.

Preparazzjoni għal din id-dikjarazzjoni ta' aċċessibilità

Din id-dikjarazzjoni ġiet ippreparata l-ewwel darba nhar l-15 ta’ Settembru 2021.

Din id-dikjarazzjoni hija bbażata fuq ċertifikazzjoni miksuba mill-Fondazzjoni għall-Aċċessibilità tat-Teknoloġija Informatika (FITA). fitamalta.eu

Feedback u informazzjoni ta' kuntatt

Jekk jogħġbok irraporta limitazzjonijiet fl-aċċessibilità fuq is-sit ta' Transport Malta lill-

Uffiċċju tal-Konsumatur ta' Transport Malta

Telefown: 21222203
Indirizz Elettroniku: info.tm@transport.gov.mt
Indirizz għall-viżitaturi: Triq Pantar, Ħal Lija, LJA 2021

Nippruvaw inwieġbu fi żmien jumejn ta' xogħol.

Proċedura ta' infurzar

Jekk tħoss li r-rikjesta tiegħek marbuta mal-aċċessibilità ma ġietx indirizzata b'mod adegwat, jekk jogħġbok ikkuntattja lill-Awtorità Maltija tal-Komunikazzjoni, ġewwa Valletta Waterfront, Pinto Wharf, il-Furjana, FRN1913, Malta, jew permezz tat-telefown fuq +356 21336840 mit-Tnejn sal-Ħamis bejn id-09:00 u l-17:00 u l-Ġimgħa bejn id-09:00 u s-14:00.