Skip to main content

Nixtiequ ninfurmawkhom li bhalissa ghaddejjin xi xoghlijiet fuq din il-website.

Niskuzaw ruhna bil-quddiem ghal kull inkonvenjenza. 

Regoli tal-Privatezza

1.0 Strateġija ta' privatezza
Aħna mpenjati sabiex nipproteġu l-privatezza tal-viżitaturi u b’hekk, m'aħniex ser niġbru informazzjoni personali fuqek bħala viżitatur sakemm ma tipprovdihiex inti b'mod volontarju. Kwalunkwe informazzjoni personali li tikkomunika lilna hija miżmuma ġewwa gov.mt, skont Ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (UE) 2016/679 u Kapitolu 586 tal-Liġijiet ta' Malta (L-Att tal-Protezzjoni tad-Data).

2.0 Ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (UE) 2016/679

L-Att Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (UE) 2016/679 magħruf aħjar bħala l-GDPR daħal fis-seħħ fil-25 ta' Mejju tas-sena 2018 fl-istati nembri tal-UE kollha. Il-GDPR jirrevoka d-Direttiva 95/46/EC (id-Direttiva dwar il-Protezzjoni tad-Data) u jwassal għal aktar armonizzazzjoni tal-liġi dwar il-protezzjoni tad-data madwar l-istati membri tal-UE.

Bħala entità, nieħdu s-salvagwardji kollha meħtieġa sabiex nipprevjenu aċċess mhux awtorizzat u ma ngħaddux id-dettalji tiegħek miġbura lil terzi jew dipartimenti tal-Gvern, sakemm ikollna l-kunsens tiegħek biex nagħmlu dan.

L-identità u s-sede prinċipali ta' TM, u ta' kwalunkwe persuna jew entità oħra awtorizzata f'isem din l-awtorità, ser jiġu rrispettati u protetti.

3.0 L-informazzjoni miġbura
Bħala viżitatur, aħna niġbru tliet tipi ta' informazzjoni dwarek:

3.1 Kuntatt jew rispons
Meta timla l-formola IKKUNTATJANA jew RISPONS, aħna nużaw id-data personali sottomessa fil-formola biex nirrispondu l-messaġġ tiegħek biss. Din l-informazzjoni personali ma tinżammx iktar, u titħassar meta r-rispons għall-messaġġ tiegħek jiġi mibgħut.

3.2 Tniżżil tal-Informazzjoni
Jekk taqra jew tniżżel informazzjoni mis-sit tagħna, aħna awtomatikament niġbru u naħżnu l-informazzjoni mhux personali li ġejja:

  • Il-paġna elettronika mitluba jew imniżżla;
  • Jekk ir-rikjesta rnexxietx jew le;
  • Id-data u l-ħin meta s-sit ġie aċċessat;
  • L-indirizz elettroniku tas-sit jew l-isem tad-dominju tal-kompjuter li minnu aċċessajt is-sit;
  • Is-sistema operattiva tal-magna li qed topera l-browser u t-tip u l-verżjoni tal-browser;
  • Żomm f’moħħok li din l-informazzjoni hija strettament għall-użu ta' gov.mt biss u tinqasamx, ma tinkeriex u ma tiġix mgħoddija, bl-ebda manjiera, lil ebda organizzazzjoni oħra.

3.3 Informazzjoni dwar l-użu tas-sit
Gov.mt tuża il-cookies sabiex is-server tagħna jkun jaf x’paġni qed jintużaw mis-sit tagħna u min qed jagħmel użu minnhom. Il-cookie hija dokument elettroniku li l-browser tiegħek jirċievi hekk kif inti tidħol f’dan is-sit. Il-browser tiegħek jgħaddi l-informazzjoni mitluba lid-dominju li tkun aċċessajt biss, ngħidu aħna gov.mt, u l-ebda sit ieħor ma jkun jista’ jitlob din l-informazzjoni. Kull darba li tidħol f'dan is-sit, is-server jirċievi din il-cookie flimkien mal-informazzjoni marbuta mat-talbiet tiegħek.

4.0 Ħoloq għal siti oħra
Dan is-sit jista' jaqbad ma’ siti ta' organizzazzjonijiet u aġenziji oħra. F'ċertu każijiet, bil-permess ta' organizzazzjonijiet privati, aħna naqbdu ma’ dawn is-siti wara li jkun intalab il-permess meħtieġ mingħandhom. Huwa importanti li żżomm f'moħħok, li meta taqbad ma’ sit ieħor, ma tkunx għadekx imqabbad ma’ dan is-sit, u għalhekk, tiġi soġġett għall-istrateġija ta’ privatezza tas-sit il-ġdid.

5.0 Aċċess għall-informazzjoni tiegħek
Inti tista' tistaqsi, fi kwalunkwe ħin, dwar x'informazzjoni aħna għadna fuqek, jekk ikun hemm, f'dak iż-żmien partikolari. Inti għandek id-dritt li tikkoreġi, u fejn hu applikabbli, tħassar kwalunkwe ineżattezzi, jekk dawn ma jkunux diġa ġew imħassra.

6.0 Tibdil fir-Regoli ta' Privatezza
Jekk ikun hemm kwalunkwe bdil fir-regoli ta' privatezza, aħna nbiddlu din il-paġna ma' paġna aġġornata. Huwa għalhekk fl-interess tiegħek li tiċċekkja l-paġna tar-regoli ta' privatezza kull meta inti taċċessa l-sit tagħna, sabiex tkun aġġornat bi kwalunkwe tibdil li jista' jseħħ minn żmien għal żmien.