Skip to main content

Nixtiequ ninfurmawkhom li bhalissa ghaddejjin xi xoghlijiet fuq din il-website.

Niskuzaw ruhna bil-quddiem ghal kull inkonvenjenza. 

Ċaħda

Is-sit tal-liċenzji tal-vetturi

Informazzjoni Personali

Meta timla l-formola fil-paġna fuq dan is-sit biex tagħmel kuntatt magħna, aħna nużaw din l-informazzjoni personali li inti tipprovdilna bil-għan li nirrispondu l-messaġġ tiegħek biss.

 

Ħoloq ma’ siti oħrajn

Dan is-sit jista' jaqbad ma’ siti ta' organizzazzjonijiet u aġenziji oħra. F'ċertu każijiet, bil-permess ta' organizzazzjonijiet privati, aħna naqbdu ma’ dawn is-siti. Huwa importanti li żżomm f'moħħok, li kif taqbad ma’ sit ieħor, ma tkunx għadekx imqabbad ma’ dan is-sit, u għalhekk, tkun taqa' taħt il-kundizzjonijiet tas-sit il-ġdid. L-entità responsabbli għal dan is-sit, mhix responsabbli għal siti oħra li dan is-sit jista’ jaqbad magħhom u li ma jaqgħux taħt id-dominju gov.mt

 

Cookies

Is-sistema tal-GOVNET tuża cookies sabiex is-server tagħna jkun jaf x’paġni qed jintużaw mis-sit tagħna u min qed jagħmel użu minnhom. Il-cookie hija dokument elettroniku li l-browser tiegħek jirċievi hekk kif inti tidħol f’dan is-sit. Il-browser tiegħek jgħaddi l-informazzjoni mitluba lid-dominju li tkun aċċessajt biss, ngħidu aħna gov.mt, u l-ebda sit ieħor ma jkun jista’ jitlob din l-informazzjoni. Kull darba li tidħol f'dan is-sit, is-server jirċievi din il-cookie flimkien mal-informazzjoni marbuta mat-talbiet tiegħek.

 

Id-Drittijiet tal-Awtur

Il-materjal fuq dan is-sit huwa kopert mid-dispożizzjonijiet tal-Att dwar id-Drittijiet tal-Awtur, tal-liġijiet ta' Malta, u huwa propjeta tad-dominju gov.mt

L-informazzjoni f'dan is-sit tal-internet qiegħda għall-użu tal-liċenzji tal-vetturi, mad-Direttorat tal-Liċenzji u t-Testijiet (DVLU). Kull użu ieħor mill-informazzjoni ta' dan is-sit mhijiexx permissibbli, sakemm ma jkunx hemm permess speċifiku għal skop differenti mid-Direttorat tal-Liċenzji u t-Testijiet (DVLU).

 

Responsabbiltà

Is-servizz pubbliku ma jistax jaċċetta responsabbiltà għal kwalunkwe preġudizzju, telf jew ħsara li tista' sseħħ mill-użu tal-informazzjoni li tinstab fuq dan is-sit.